Language of document : ECLI:EU:C:2019:844


 


 



Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) tas7 ta’ Ottubru 2019 – L’Oréal vs EUIPO

(Kawża C587/19 P)

“Appell – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ammissjoni tal-appelli – Artikolu 170 b tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Talba li ma turix l-importanza ta’ kwistjoni għall-unità, il-koerenza jew l-iżvilupp tad-dritt tal-Unjoni –Nuqqas ta’ ammissjoni tal-appell”

1.      Appell – Mekkaniżu ta’ ammissjoni minn qabel – Kwistjoni importanti għall-unità, il-konsistenza jew l-iżvilupp tad-dritt tal-Unjoni – Motivazzjoni insuffiċjenti jew kontradittorja – Talba għal ammissjoni li ma turix l-importanza tal-kwistjoni – Nuqqas ta’ ammissjoni

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58a ; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 170b)

(ara l-punti 10-12)


2.      Appell – Mekkaniżmu ta’ ammissjoni minn qabel – Kwistjoni importanti għall-unità, il-konsistenza jew l-iżvilupp tad-dritt tal-Unjoni – Talba għal ammissjoni li ma turix l-importanza tal-kwistjoni – Nuqqas ta’ ammissjoni

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58a ; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 170b)

(ara l-punti 13, 14, 18)


Dispożittiv

1)

L-appell ma huwiex ammess.

2)

L’Oréal għandha tbati l-ispejjeż tagħha.