Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Förvaltningsrätten i Malmö (l-Isvezja) fis-27 ta’ Frar 2019 – A vs Migrationsverket

(Kawża C-193/19)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Förvaltningsrätten i Malmö

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A

Konvenut: Migrationsverket

Domandi preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet relatati mar-riċerki sistematiċi fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS), u tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen, b’mod partikolari l-obbligu stabbilit fih dwar id-detenzjoni ta’ passaport validu, jipprekludu l-għoti ta’ permess ta’ residenza permezz ta’ talba mressqa fl-Isvezja, li la tkun ibbażata fuq raġunijiet ta’ protezzjoni u lanqas fuq raġunijiet umanitarji, sa fejn l-identità tal-persuna li tkun ressqet it-talba ma tkunx stabbilita b’mod ċar?

Fil-każ ta’ risposta affermattiva, l-istabbiliment tal-identità jista’ jkun suġġett għal eċċezzjonijiet skont il-leġiżlazzjoni jew il-ġurisprudenza nazzjonali?

Fil-każ ta’ risposta negattiva għat-tieni domanda, liema eċċezzjonijiet jippermetti d-dritt tal-Unjoni, jekk ikun il-każ?

____________