Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Lulju 2012 – Filice et vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża F-108/10)1

(Servizz pubbliku – Aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-membri oħra tal-persunal – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Filice et (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: B. Cortese, C. Cortese u F. Spitaleri, avukati)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. V. Placco, aġent)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-konvenuta, riprodotti fid-dikjarazzjonijiet tar-remunerazzjoni tar-rikorrenti, li jillimitaw l-aġġustament tal-pagi tagħhom, b’effett minn Lulju 2009, għal żieda ta’ 1.85 % fil-kuntest tal-aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-membri oħra tal-persunal fuq il-bażi tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1296/2009, tat-23 ta’ Diċembru 2009.

Dispożittiv tad-digriet

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors F-108/10, Filice et vs Il-Qorti tal-Ġustizzja.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 ĠU C 30, 29.01.2011, p. 65.