Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-1 ta’ Awwissu 2016 – Mario Animali et vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża F-23/13) 1

(Servizz pubbliku – Uffiċjali – Pensjonijiet – Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolementi tal-Persunal – Trasferiment lejn l-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni ta’ drittijiet tal-pensjoni miksuba taħt skemi oħra – Deċiżjoni li tirrikonoxxi akkreditazzjoni ta’ snin ta’ servizz li tapplika d-DĠI l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal – Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura – Rikors manifestament infondat)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Mario Animali et (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: inizjalment D. de Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati, sussegwentement Mes D. de Abreu Caldas u J.-N. Louis, avukati, u finalment J.-N. Louis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoi Ewropea (rappreżentanti: inizjalmemt C. Ehrbar u M. G. Gattinara, aġenti, sussegwentement J. Currall u G. Gattinara, aġenti, u finalmemt G. Gattinara, bħala aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tad-deċiżjoni li tittrażmetti l-kalkolu definittiv tas-snin ta’ servizz għat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent fl-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni, skont id-DĠI l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 ĠU C 156, 01.06.2013, p. 55.