Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2014 – Iliopoulou vs Europol

(Kawża F-21/14) 1

(Servizz pubbliku – Persunal tal-Europol – Konvenzjoni Europol – Regolamenti tal-Persunal ta’ Europol – Deċiżjoni 2009/371/ĠAI – Applikazzjoni tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg għall-aġenti tal-Europol – Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju għal żmien determinat – Rifjut li jingħata kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju għal żmien indeterminat)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Hariklia Iliopoulou (Wassenaar, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: J.-J. Ghosez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (rappreżentanti: J. Arnould u D. Neumann, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li ma jiġġeddidx, għal żmien indeterminat, il-kuntratt għal żmien determinat tar-rikorrenti u li l-Europol jiġi kkundannat iħallas lir-rikorrenti d-differenza bejn l-ammont tar-remunerazzjoni li hija setgħet tirċievi li kieku baqgħet taħdem u l-allowances tal-qgħad jew kwalunkwe allowance oħra ta’ sostituzzjoni li hija rċeviet.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn H. Iliopoulou.H. Iliopoulou għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha.