Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fl-24 ta’ Jannar 2019 – Repsol Petróleo, S.A. vs Administración del Estado

(Kawża C-44/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Repsol Petróleo, S.A.

Konvenuta: Administración del Estado

Domanda preliminari

L-Artikolu 21.3 tad-Direttiva 2003/96, tas-27 ta’ Ottubru 1 , għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti li jiġu suġġetti għat-taxxa speċjali fuq iż-żjut minerali, dawk it-tranżazzjonijiet ta’ awto-konsum ta’ prodotti tal-enerġija, imwettqa fl-impjanti tal-produttur, fil-proporzjon li fih jinkisbu prodotti mhux tal-enerġija.

Jew inkella, għall-kuntrarju, l-għan ta’ din id-dispożizzjoni, li huwa li jiġi eskluż mit-tassazzjoni l-użu ta’ prodotti tal-enerġija li huma meqjusa neċessarji sabiex jinkisbu l-prodotti tal-enerġija finali jimpedixxi t-tassazzjoni tal-istess awto-konsum sa fejn dan iwassal għall-kisba ta’ prodotti oħra mhux tal-enerġija, anki jekk din il-produzzjoni tkun residwa u sseħħ b’mod inevitabbli bħala konsegwenza tal-proċess ta’ produzzjoni nniffsu?

____________

1     Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405).