Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Bonn (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Meju 2018 – Thomas Leonhard vs DSL Bank

(Kawża C-301/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Bonn

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Thomas Leonhard

Konvenuta: DSL Bank

Domanda preliminari

L-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2002/65 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tipprevedi li, wara li l-konsumatur ikun irtira mill-kuntratt ta’ self mill-bogħod, il-fornitur għandu mhux biss jagħti lura lill-konsumatur l-ammont li huwa kien irċieva mingħand dan tal-aħħar fl-eżekuzzjoni tal-imsemmi kuntratt, iżda wkoll kumpens għall-użu ta’ dan l-ammont?

____________

1     Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b’distanza ta’ servizzi finanzjarji ta’ konsumaturi u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE u d-Direttivi 97/7/KE u 98/27/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 4, p. 321 u rettifika fil-ĠU 2013, L 228, p. 14).