Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2012 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-149/12)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tal-irkupru ta’ kull xahar tas-somma ta’ EUR 500 mnaqqsa mill-allowances tal-invalidità tar-rikorrent fix-xhur ta’ bejn April u Ġunju 2012.

Talbiet tar-rikorrent

jannualla d-deċiżjoni, inkluża fir-rendikont tal-ħlas tal-pensjoni tar-rikorrent għax-xahar ta’ April 2012, li titnaqqas b’EUR 500 l-allowance tal-invalidità li r-rikorrent kellu dritt għaliha fir-rigward tax-xahar imsemmi;

jannualla d-deċiżjoni, inkluża fir-rendikont tal-ħlas tal-pensjoni tar-rikorrent għax-xahar ta’ Mejju 2012, li titnaqqas b’EUR 500 l-allowance tal-invalidità li r-rikorrent kellu dritt għaliha fir-rigward tax-xahar imsemmi;

jannualla d-deċiżjoni, inkluża fir-rendikont tal-ħlas tal-pensjoni tar-rikorrent għax-xahar ta’ Ġunju 2012, li titnaqqas b’EUR 500 l-allowance tal-invalidità li r-rikorrenti kellu dritt għaliha fir-rigward tax-xahar imsemmi;quatenus oportet, jannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilmenti, imressqa permezz tad-deċiżjonijiet iċċitati iktar ’il fuq;jikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas lir-rikorrent tas-segwenti somom: EUR 500, flimkien mal-interessi fuq l-imsemmija somma, bir-rata ta’ 10 % fis-sena u bil-kapitalizzazzjoni annwali, dekorribbli mill-1 ta’ Mejju 2012 sal-jum tal-ħlas effettiv tas-somma imsemmija; EUR 500, flimkien mal-interessi fuq l-imsemmija somma, bir-rata ta’ 10 % fis-sena u bil-kapitalizzazzjoni annwali, dekorribbli mill-1 ta’ Ġunju 2012 sal-jum tal-ħlas effettiv tas-somma imsemmija; EUR 500, flimkien mal-int

eressi fuq l-imsemmija somma, bir-rata ta’ 10 % fis-sena u bil-kapitalizzazzjoni annwali, dekorribbli mill-1 ta’ Lulju 20

12 sal-jum tal-ħlas effettiv tas-somma imsemmija;jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.