Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle (il-Belġju) fis-27 ta’ Settembru 2019 – Ordre des barreaux francophones et germanophone, Association pour le droit des Étrangers ASBL, Coordination et Initiatives pour et avec les Réfugiés et Étrangers ASBL, Ligue des Droits de l’Homme ASBL, Vluchtelingenwerk Vlaanderen ASBL vs Conseil des ministres

(Kawża C-718/19)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour constitutionnelle

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ordre des barreaux francophones et germanophone, Association pour le droit des Étrangers ASBL, Coordination et Initiatives pour et avec les Réfugiés et Étrangers ASBL, Ligue des Droits de l’Homme ASBL, Vluchtelingenwerk Vlaanderen ASBL

Konvenut: Conseil des ministres

Domandi preliminari

Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-Artikoli 20 u 21 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u d-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE 1 , għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tapplika għal ċittadini tal-Unjoni u għal membri tal-familji tagħhom dispożizzjonijiet simili għal dawk li jikkostitwixxu t-traspożizzjoni, fir-rigward ta’ ċittadini ta’ Stati terzi, tal-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, jiġifieri dispożizzjonijiet li jistgħu jobbligaw liċ-ċittadin tal-Unjoni jew lill-membru tal-familja tiegħu jikkonforma ruħu ma’ miżuri preventivi sabiex jiġi evitat kwalunkwe riskju ta’ ħarba matul it-terminu li jkun ingħatalu sabiex jitlaq mit-territorju wara t-teħid ta’ deċiżjoni ta’ tmiem ta’ residenza minħabba raġunijiet ta’ ordni pubbliku jew matul l-estensjoni ta’ dan it-terminu?

Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-Artikoli 20 u 21 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u d-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tapplika għal ċittadini tal-Unjoni u għal membri tal-familji tagħhom li ma jkunux ikkonformaw ruħhom ma’ deċiżjoni ta’ tmiem ta’ residenza minħabba raġunijiet ta’ ordni pubbliku jew ta’ sigurtà pubblika dispożizzjoni identika għal dik applikata għal ċittadini ta’ Stati terz fl-istess sitwazzjoni fir-rigward tat-terminu massimu ta’ detenzjoni għall-finijiet ta’ tneħħija, jiġifieri tmien xhur?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46