Language of document :

Appell ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2020 minn Solar Ileias Bompaina AE mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-3 ta’ Lulju 2020 fil-Kawża T-143/19, Solar Ileias Bompaina vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-429/20 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Solar Ileias Bompaina AE (rappreżentanti: A. Metaxas, dikigoros, A. Bartosch, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiċħad id-digriet ikkontestat;

tiddikjara r-rikors ammissibbli u tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell huwa bbażat fuq żewġ aggravji.

L-ewwel, il-Qorti Ġenerali wettqet analiżi legali żbaljata tal-fatti sottostanti r-rikors, li jirriżulta mill-fatt li l-Qorti Ġenerali injorat il-kontenut tal-ilment ippreżentat mill-appellant minkejja l-fatt li hija kienet fehmet dan il-kontenut perfettament.

It-tieni, il-Qorti Ġenerali b’mod simili applikat oneru tal-prova żbaljat.

____________