Language of document : ECLI:EU:F:2007:209

DIGRIET TAL-PRESIDENT TA’ L-EWWEL AWLA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU

28 ta’ Novembru 2007

Kawża F-71/07

Georgios Karatzoglou

vs

L-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (AER)

“Ftehim bonarju fuq inizjattiva tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku – Tħassir”

Suġġett: Rikors li permezz tiegħu G. Karatzoglou jitlob li l-AER tiġi kkundannata tħallas kumpens għad-dannu materjali u morali subit minħabba n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-23 ta’ Frar 2006 (Karatzoglou vs AER, T-471/04, ĠabraSP p. I-A-2-35 u II-A-2-157), li tannulla d-deċiżjoni tal-AER tas-26 ta’ Frar 2004, li xxolji l-kuntratt ta’ impjieg tar-rikorrent.

Deċiżjoni: Il-Kawża F-71/01, Karatzoglou vs AER, hija mħassra mir-Reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. L-AER għandha tħallas lir-rikorrent, għall-ispejjeż subiti minnu, is-somma ta’ EUR 10 000. L-AER għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

Sommarju

Uffiċjali – Rikors – Ftehim bonarju tal-kontroversja quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku – Tħassir mir-Reġistru

(Regoli tal-Proċedura tal-Qroti tal-Prim’Istanza, Artikoli 69 u 74)