Language of document :

Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2012 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-30/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: C. Mourato, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/204/10 li r-rikorrent ma jiġix ammess għall-istadju segwenti tal-kompetizzjoni

Talbiet tar-rikorrenti

Jannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/204/10 tat-13 ta’ April 2011 li tikkonċerna lir-rikorrenti;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.