Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta' Lulju 2010 - AF vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-61/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: AF (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li tiċħad it-talba għal assistenza dwar fastidju psikoloġiku li r-rikorrenti tqis li kienet vittma tiegħu u t-talba għall-kumpens għad-danni morali subiti.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni Nru 24938, mogħtija fit-28 ta' Settembru 2009, li biha l-Awtorità tal-Ħatra tal-Kummissjoni ċaħdet it-talba għal assistenza D/300/09 imressqa mir-rikorrenti skont l-Artikolu 24 tal-Istatut, li tirrigwarda l-fastidju psikoloġiju subit/jew li sofriet fis-servizz tal-imsemmija Kummissjoni matul il-perijodu minn April 2004 sa April 2009, suġġett għal riżerva ġenerali;

talloka lir-rikorrenti kumpens ta' EUR 600.000 bħala kumpens għad-danni morali subiti minħabba l-fastidju u l-konsegwenzi fuq saħħitha;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________