Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-3 ta’ Diċembru 2018 – A, B vs C

(Kawża C-750/18)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: A, B

Konvenut: C

Domanda preliminari

Kif għandha tiġi interpretata d-Direttiva 93/13/KEE 1 , u, b’mod speċifiku, il-prinċipju tal-effett kumulattiv stabbilit minnha, fl-evalwazzjoni jekk l-ammont li l-konsumatur li jonqos milli jissodisfa l-obbligi tiegħu ikollu jħallas bħala kumpens (iktar ’il quddiem il-“klawżola tal-penali”) ikun sproporzjonatament għoli fis-sens tal-punt 1(e) tal-anness ta’ dik id-direttiva, f’każ fejn il-klawżoli ta’ penalità jkunu assoċjati ma’ numru ta’ nuqqasijiet ta’ diversi tipi li, min-natura tagħhom stess, ma għandhomx iseħħu flimkien, u fil-fatt ma jseħħux flimkien f’dan il-każ?

____________

1     Direttiva tal-kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol.2, p. 288).