Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-7 ta’ Ottubru 2019 – A vs B, C
(Kawża C-738/19)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Amsterdam
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: A
Konvenuti: B, C
Domanda preliminari
Kif għandha tiġi interpretata d-Direttiva 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur 1 u, b’mod iktar partikolari, il-prinċipju ta’ effett kumulattiv li huwa stabbilit fiha, meta jiġi evalwat jekk is-somma li konsumatur li jonqos milli jwettaq l-obbligi tiegħu huwa meħtieġ li jħallas bħala kumpens (“klawżola dwar is-sanzjoni”) hijiex għolja b’mod sproporzjonat fis-sens tal-punt 1(e) tal-anness tal-imsemmija direttiva, f’każ fejn il-klawżoli dwar is-sanzjoni huma marbuta ma’ nuqqasijiet ta’ diversi tipi li, min-natura tagħhom, mhux neċessarjament għandhom iseħħu flimkien, u tabilħaqq ma jseħħux flimkien f’dan il-każ? F’dan ir-rigward, huwa wkoll rilevanti, f’dak li għandu x’jaqsam man-nuqqas li abbażi tiegħu qed jintalab il-ħlas tal-multa, li qed jintalab ukoll kumpens fil-forma ta’ ħlas lura ta’ profitti magħmula b’mod illegali?
____________
1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.