Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fit-3 ta’ Marzu 2020 – Koleje Mazowieckie vs Skarb Państwa – Minister Infrastruktury i Budownictwa attwalment Minister Infrastruktury, Prezes Urzędu Transportu Kolejowego u PKP Polskie Linie Kolejowe S.A.

(Kawża C-120/20)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Koleje Mazowieckie

Konvenuti: Skarb Państwa – Minister Infrastruktury i Budownictwa attwalment Minister Infrastruktury, Prezes Urzędu Transportu Kolejowego u PKP Polskie Linie Kolejowe S.A.

Domandi preliminari

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2001 1 , u b’mod speċifiku l-Artikolu 4(5) u l-Artikolu 30(1), (3), (5) u (6) ta’ din id-direttiva, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu lil impriża ferrovjarja milli, mingħajr ma jsir stħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjoni tal-awtorità ta’ superviżjoni, titlob id-danni minn Stat Membru minħabba implimentazzjoni żbaljata tad-Direttiva f’sitwazzjoni fejn parti mill-kumpens tkun l-eċċedent ta’ ħlas għall-użu tal-infrastruttura ferrovjarja?

Il-konstatazzjoni li d-dritt għal kumpens fuq il-bażi tad-dritt Komunitarju minħabba applikazzjoni żbaljata tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, b’mod speċifiku minħabba implimentazzjoni żbaljata tad-Direttiva jew minħabba n-nuqqas ta’ implimentazzjoni tagħha jirriżulta esklużivament fejn id-dispożizzjoni miksura tkun sors ta’ intitolament għall-individwu, fejn il-ksur tad-dritt huwa kklassifikat (b’mod partikolari fil-forma ta’ nuqqas ta’ osservanza manifest u gravi tas-setgħa diskrezzjonali tal-Istat Membru fl-implimentazzjoni tad-Direttiva), u fejn in-natura tar-rabta kawżali bejn il-ksur u d-dannu tkun diretta, tipprekludi r-regolamentazzjoni tad-dritt tal-Istat Membru li f’tali każijiet tagħti dritt għal kumpens taħt kundizzjonijiet inqas stretti?

____________

1  Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2001 dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 404).