Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Settembru 2012 – Allgeier vs FRA

(Kawża F-58/10) 1

(Servizz pubbliku – Dmir ta’ assistenza – Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal – Fastidju psikoloġiku – Investigazzjoni amministrattiva)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Timo Allgeier (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenuta: Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) (rappreżentanti: M. Kjærum, aġent, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li ma tilqax l-ilment dwar fastidju psikoloġiku ippreżentat mir-rikorrent. Min-naħa l-oħra, talba intiża sabiex jiġi rikonoxxut li r-rikorrent kien vittma ta’ fastidju psikoloġiku min-naħa tas-superjuri tiegħu, kif ukoll il-ħlas tad-dannu materjali u morali mġarrab.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tas-16 ta’ Ottubru 2009 tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali hija annullata.

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali hija kkundannata tħallas lil T. Allgeier is-somma ta’ EUR 5 000.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż ta’ T. Allgeier.

____________

1 ĠU C 260, 25.09.10, p. 27.