Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-17 ta' Frar 2009 - Stols vs Il-Kunsill

(Kawża F-51/08)1

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta' promozzjoni 2007 - Eżami komparattiv tal-merti - Żball manifest ta' evalwazzjoni)

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Willem Stols (Halsteren, l-Olanda) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u M. Balta, aġenti)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ma tinkludix lir-rikorrent fil-lista tal-persuni promossi għall-grad AST 11 fil-proċedura ta' promozzjoni 2007.

Dispożittiv tas-sentenza

Id-deċiżjonijiet tas-16 ta' Lulju 2007 u tal-5 ta' Frar 2008 li permezz tagħhom il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrifjuta li jippromwovi lil W. Stols fil-grad AST 11 fil-proċedura ta' promozzjoni 2007 huma annullati.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 183, 19.07.08, p. 34.