Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad - Varna (il-Bulgarija) fit-22 ta’ Ottubru 2019 – “Team Power Europe” EOOD vs Direktor na Teritorialna direktsia na Natsionalna agentsia za prihodite - Varna

(Kawża C-784/19)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad - Varna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: “Team Power Europe” EOOD

Konvenut: Direktor na Teritorialna direktsia na Natsionalna agentsia za prihodite - Varna

Domanda preliminari

L-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex impriża li tipprovdi xogħol għal żmien determinat tkun tista’ titqies li teżerċita normalment l-attivitjaiet tagħha fl-Istat Membru fejn hija stabbilita, huwa meħtieġ li parti sinjfikattiva mill-attività tagħha ta’ tqegħid ta’ persunal għad-dispożizzjoni tkun ipprovduta lil impriżi utenti li jkunu stabbiliti fl-istess Stat Membru?

____________

1     ĠU 2009, L 284, p. 1.