Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta' Ġunju 2010 - Lebedef vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-40/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Giorgio Lebedef (Senningerberg, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara qbiż mhux awtorizzat ta' ħamest ijiem u nofs mid-dritt għall-leave annwali tar-rikorrent għas-sena 2009.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-11 ta' Awwissu 2009, li permezz tagħha d-Direttur Ġenerali ta' EUROSTAT jagħti istruzzjonijiet lid-dipartiment tiegħu tal-Ġestjoni tar-Riżorsi Umani, sabiex javża lis-servizzi kompetenti tal-Uffiċċju għall-Amministrazzjoni u l-Ħlas ta' Drittijiet Individwali bil-qbiż ta' ħamest ijiem u nofs mid-dritt għall-leave tar-rikorrent għall-2009, bil-għan li jitnaqqaslu l-benefiċċju tar-remunerazzjoni għal dan il-perijodu ta' żmien;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________