Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fid-29 ta’ Mejju 2017 – Ir-Repubblika Ellenika vs Leo Kuhn

(Kawża C-308/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika

Konvenut: Leo Kuhn

Domandi preliminari

L-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1215/20121 għandu jiġi interpretat fis-sens li,

il-post ta’ eżekuzzjoni fis-sens ta’ tali dispożizzjoni għandu jiġi identifikat fuq il-bażi tal-ftehim kuntrattwali inizjali, anki fil-każ – bħal dak ineżami – ta’ trasferiment ripetut ta’ kreditu fuq bażi kuntrattwali;

fil-każ li tintalab l-osservanza tal-kundizzjonijiet ta’ bond tal-gvern bħal dak maħruġ, f’dan il-każ, mir-Repubblika Ellenika, jew jintalab kumpens għal dannu għall-ineżekuzzjoni ta’ din l-osservanza, il-post ta’ eżekuzzjoni effettiv għandu jiġi stabbilit immedjatament mal-ħlas ta’ interessi li jirriżultaw minn dan il-bond tal-gvern f’kont bankarju ta’ persuna li għandha portafoll ta’ titoli nazzjonali?

il-fatt li l-ftehim kuntrattwali inizjali stabbilixxa post ta’ eżekuzzjoni legali fis-sens tal-Artikolu 7(1)(a) tal-imsemmi regolament jipprekludi li jiġi rrikonoxxut post ta’ eżekuzzjoni ieħor fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni fuq il-bażi tat-twettiq effettiv sussegwenti ta’ kuntratt?

____________

1 Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2012, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 351, p. 1).