Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-29 ta' Ġunju 2010 - Roumimper vs L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

(Kawża F-41/09) 1

(Servizz pubbliku - Persunal tal-Europol - Nuqqas ta' tiġdid ta' kuntratt - Kuntratt għal żmien indeterminat - Artikolu 6 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Europol - Prinċipju tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Jacques Pierre Roumimper (Zoetermeer, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: irrappreżentat inizjalment minn P. de Casparis, avukat, sussegwentement minn W. J. Dammingh u N. D. Dane, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (rappreżentanti: D. Neumann u D. El Khoury, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur u R. Van der Hout, avukati)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tat-12 ta' Ġunju 2008 li informat lir-rikorrent bl-impossibbiltà li jiġi offrut lilu impjieg permanenti, kif ukoll id-deċiżjoni tas-7 ta' Jannar 2009 li rrifjutat l-ilment imressaq kontra l-ewwel deċiżjoni.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tat-12 ta' Ġunju 2008 li permezz tagħha l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) irrifjuta li jagħti lil J.P. Roumimper kuntratt għal żmien indeterminat hija annullata.

Europol huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 180, 01/08/09 p. 63.