Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal in Northern Ireland (ir-Renju Unit) fit-2 ta’ Ottubru 2019 – TKF vs Department of Justice for Northern Ireland

(Kawża C-729/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal in Northern Ireland

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: TKF

Konvenut: Department of Justice for Northern Ireland

Domandi preliminari

L-Artikolu 75(2) tar-Regolament dwar il-Manteniment KE 4/2009 1 għandu jiġi interpretat bħala li japplika biss għad-“deċiżjonijiet” li ngħataw fl-Istati li kienu Stati Membri tal-Unjoni meta ttieħdu dawn id-deċiżjonijiet?

Meta jitqies li l-Polonja bħalissa hija Stat Membru tal-Unjoni Ewropea li huwa marbut bil-Protokoll ta’ Den Haagen, deċiżjonijiet ta’ manteniment meħuda minn qorti fil-Polonja fl-1999 u fl-2003, jiġifieri qabel ma l-Polonja saret Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, jistgħu jkunu rreġistrati u infurzati fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni skont kwalunkwe parti tar-Regolament KE 4/2009 (ir-Regolament dwar il-Manteniment), u b’mod partikolari:

(a)    skont l-Artikolu 75(3) u l-Artikolu 56 tar-Regolament dwar il-Manteniment;

(b)    skont l-Artikolu 75(2) u t-Taqsima 2 tal-Kapitolu IV tar-Regolament dwar il-Manteniment;

c)    skont l-Artikolu 75(2)(a) u t-Taqsima 3 tal-Kapitolu IV tar-Regolament dwar il-Manteniment;

skont xi Artikoli oħra tal-istess regolament?

____________

1 Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment (ĠU 2009, L 7, p. 1; rettifiki fil-ĠU 2011, L 131, p. 26; ĠU 2013, L 8, p. 19; ĠU 2013, L 281, p. 29).