Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Marzu 2015 – CW vs Il-Parlament

(Kawża F-124/13) 1

(Servizz pubbliku – Uffiċjali – Rikors għal annullament – Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal – Regoli interni dwar il-Kumitat konsultattiv dwar il-fastidju u l-prevenzjoni tiegħu fil-post tax-xogħol – Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal – Talba għal assistenza – Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni – Assenza – Rwol u prerogattivi tal-Kumitat konsultattiv dwar il-fastidju u l-prevenzjoni tiegħu fil-post tax-xogħol – Possibbiltà għall-uffiċjal li jadixxi dan il-kumitat – Rikors għad-danni)

Lingwa tal-kawża:l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: CW (rappreżentant: C. Bernard-Glanz, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: E. Taneva u M. Dean, aġenti)Suġġett tal-kawżaTalba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tiċħad it-talba għal assistenza mressqa mir-rikorrenti.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati nofs l-ispejjeż sostnuti minn CW.CW għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha.