Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Sardegna (l-Italja) fis-6 ta’ Awwissu 2018 – Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato vs Regione autonoma della Sardegna

(Kawża C-515/18)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Sardegna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato

Konvenuta: Regione autonoma della Sardegna

Domandi preliminari

L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 1 tat-23 ta’ Ottubru 2007, għandu jiġi interpretat fis-sens li jobbliga, lill-awtorità kompetenti li tkun sejra twettaq l-aġġudikazzjoni diretta tal-kuntratt, li tieħu l-passi neċessarji sabiex tippubblika jew tikkomunika lill-operaturi kollha potenzjalment interessati fil-ġestjoni tas-servizz l-informazzjoni neċessarja sabiex jippreżentaw offerta serja u raġjonevoli?

L-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tat-23 ta’ Ottubru 2007, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtorità kompetenti, qabel ma tipproċedi bl-aġġudikazzjoni diretta tal-kuntratt, għandha tivvaluta b’mod komparattiv l-offerti kollha ta’ ġestjoni tas-servizz eventwalment riċevuti wara l-pubblikazzjoni tal-avviż ta’ informazzjoni minn qabel previst fl-imsemmi Artikolu 7(4)?

____________

1     Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU 2007, L 315, p. 1).