Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta' Mejju 2009 - Fries Guggenheim vs CEDEFOP

(Kawża F-47/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Eric Mathias Fries Guggenheim (Liège, il-Belġju) (rappreżentant: L. Lucas, avukat)

Konvenut: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali (CEDEFOP)

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tas-CEDEFOP li ma jġeddidx il-kuntratt tar-rikorrent inkwantu membru tal-persunal temporanju u, fin-nuqqas tar-reintegrazzjoni tiegħu, il-kundanna tal-konvenut sabiex jagħtih kumpens għad-dannu morali subit.

Talbiet tar-rikorrent

Jannulla d-deċiżjoni tas-7 ta' Lulju 2008 tas-CEDEFOP li ma jġeddidx il-kuntratt tar-rikorrent u li tikkonferma li l-kariga tiegħu tintemm fil-15 ta' Ottubru 2008;

Jannulla, safejn huwa meħtieġ, id-deċiżjoni tat-18 ta' Lulju 2008 tas-CEDEFOP li tikkonferma l-imsemmija deċiżjoni, wara l-ittra tar-rikorrent tad-9 ta' Lulju 2008 u l-laqgħa tiegħu tas-17 ta' Lulju 2008 mar-rappreżentanti tal-persunal;

Jikkundanna lis-CEDEFOP, fin-nuqqas tar-reintegrazzjoni tiegħu, iħallas lir-rikorrent danni li l-ammont tagħhom jiġi ddeterminat mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, bħala kumpens għad-dannu morali tiegħu;

Jippermetti lir-rikorrent, jekk jikkunsidra li dan ikun neċessarju, li jikkwantifika l-preġudizzju għall-karriera tiegħu u jekk le, jikkundanna lis-CEDEFOP iħallsu, fin-nuqqas tar-reintegrazzjoni tiegħu, danni li l-ammont tagħhom jiġi ddeterminat mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku;

Jikkundanna lis-CEDEFOP għall-ispejjeż.

____________