Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesarbeitsgericht - il-Ġermanja) – Nils-Johannes Kratzer vs R+V Allgemeine Versicherung AG

(Kawża C-423/15)1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Direttiva 2000/78/KE – Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol – Artikolu 3(1)(a) –Direttiva 2006/54/KE – Ugwaljanza tal-opportunitajiet u ugwaljanza fit-trattament bejn l-irġiel u n-nisa fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol – Artikolu 14(1)(a) – Kamp ta’ applikazzjoni – Kunċett ta’ ‘aċċess għall-impjieg, għal xogħol ta’ min jaħdem għal rasu u għal xogħol ieħor’ – Preżentazzjoni ta’ kandidatura għal impjieg intiż li jinkiseb l-istatus formali ta’ applikant biss sabiex jintalab kumpens għal diskriminazzjoni – Abbuż ta’ dritt)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Nils-Johannes Kratzer

Konvenuta: R+V Allgemeine Versicherung AG

Dispożittiv

L-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, u l-Artikolu 14(1)(a) tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol, għandhom jiġu interpretati fis-sens li sitwazzjoni li fiha persuna, billi tippreżenta l-kandidatura tagħha għal impjieg, tfittex li tikseb mhux dan l-impjieg, iżda biss l-istatus formali ta’ applikant, bl-għan waħdieni li titlob kumpens, ma taqax taħt il-kunċett ta’ “aċċess għall-impjieg jew xogħol” fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, u tista’, jekk ir-rekwiżiti taħt id-dritt tal-Unjoni jkunu ssodisfatti, tiġi kklassifikata bħala abbuż ta’ dritt.

____________

1 ĠU C 320, 28.09.2015