Rikors ippreżentat fil-25 ta' Ġunju 2008 - Z vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-60/08)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Z (Brussell, il-Belgju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapplika lir-rikorrenti, wara opinjoni mingħand il-Kumitat ta' l-Invalidità, il-klawżola ta' riżerva prevista fl-Artikolu 100 tal-KĦO.
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta' impjieg tar-rikorrenti bħala membru tal-persunal bil-kuntratt għal kompiti awżiljarji, safejn tipprovdi l-applikazzjoni tar-riżerva prevista fl-Artikolu 100 tal-KĦO.
tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.
____________