Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-18 ta’ Diċembru 2015 – De Nicola vs BEI

(Kawża F-37/12) 1

(Servizz pubbliku – Persunal tal-BEI – Fastidju psikoloġiku – Proċedura ta’ investigazzjoni – Definizzjoni żbaljata ta’ fastidju psikoloġiku – Deċiżjoni tal-President li ma jittiħdux passi fir-rigward ta’ lment – Annulation – Rikors għad-danni)

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)

Konvenut: Banque européenne d'investissement (rappreżentanti: G. Nuvoli u T. Gilliams, aġenti, A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett tal-kawża

It-talba ta’ annullament, minn naħa, tal-ittra tal-President tal-BEI li permezz tagħha dan ċaħad, wara l-opinjoni tal-bord “Dignity at work”, l-ilment għal fastidju psikoloġiku mir-rikorrent u, min-naħa l-oħra, il-konklużjonijiet tal-opinjoni tal-imsemmi bord sa fejn dan ma jikkonstatax il-fatti tal-fastidju psikoloġiku.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-20 ta’ Diċembru 2011 li permezz tagħha il-president tal-Bank Ewropew ta’ Investiment ċaħad l-ilment għal fastidju psikoloġiku ta’ C. De Nicola hija annullata.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Il-Bank Ewropew ta’ Investiment għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti minn C. De Nicola.

____________

1 ĠU C 184, 23/06/2012, p. 24.