Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta' Ottubru 2008 - Vandeuren vs Fondation européenne pour la formation

(Kawża F-88/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Monique Vandeuren (Pino Torinese, l-Italja) (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)

Konvenuta: Fondation européenne pour la formation

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li tkeċċi lir-rikorrenti, kif ukoll li l-Fondation européenne tiġi kkundannata tħallas kumpens għad-dannu materjali u morali subit mir-rkorrenti.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta' tkeċċija tat-23 ta' Ottubru 2007, li r-rikorrenti kienet is-suġġett tagħha, adottata mill-Formation européenne pour la formation;

safejn hemm il-ħtieġa, tannulla d-deċiżjoni speċifika tal-Fondation européenne pour la formation tal-10 ta' Lulju 2008, li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti skont l-Artikolu 46 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta' impjegati oħra tal-Komunitajiet u l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal;

tikkundanna lill-Fondation européenne pour la formation sabiex tħallas is-somma ta' EUR 125 000 bħala kumpens għad-dannu materjali;

tikkundanna lill-Fondation européenne pour la formation sabiex tħallas is-somma ta' EUR 50 000 bħala kumpens għad-dannu morali;

tikkundanna lill-Fondation européenne pour la formation għall-ispejjeż.

____________