Language of document :

Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2013 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-75/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, É. Marchal, J.-N. Louis, S. Orlandi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni li ma tagħtix il-benefiċċju tal-allowance tal-espatrijazzjoni lir-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-PMO, tal-4 ta’ Ottubru 2012, li tirrifjuta l-benefiċċju tal-allowance tal-espatrijazzjoni previst fl-Artikolu 4 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal lir-rikorrent;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.