Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Mejju 2019 – Bernis et vs BĊE

(Kawża T-283/18) 1

(“Rikors għal annullament – Unjoni Ekonomika u Bankarja – Unjoni Bankarja – Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment (SRM) – Proċedura ta’ riżoluzzjoni applikabbli f’każ ta’ entità li qiegħda tfalli jew li x’aktarx ser tfalli – Kumpannija omm u sussidjarja – Dikjarazzjoni mill-BĊE ta’ sitwazzjoni ta’ falliment li qed iseħħ jew li x’aktarx ser iseħħ – Regolament (UE) Nru 806/2014 – Atti preparatorji – Atti li ma jistgħux jiġu kkontestati – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ernests Bernis (Jurmala, il-Litwanja), Oļegs Fiļs (Jurmala), OF Holding SIA (Riga, il-Litwanja), Cassandra Holding Company SIA (Jurmala) (rappreżentanti: O. Behrends, M. Kirchner u L. Feddern, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentral Ewropew (rappreżentanti: G. Marafioti u E. Koupepidou, aġenti, assistiti minn J. Rodríguez Cárcamo, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-BĊE tat-23 ta’ Frar 2018 li permezz tagħhom dan iddikjara li ABLV Bank AS u s-sussidjarja tagħha, ABLV Bank Luxembourg SA, kienu qed ifallu jew x’aktarx kienu ser ifallu fis-sens tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014, L 225, p. 1).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Ernests Bernis, Oļegs Fiļs, OF Holding SIA u Cassandra Holding Company SIA huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom stess u kif ukoll għal dawk tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).

____________

1     ĠU C 259, 23.7.2018.