Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-15 ta' Frar 2010 - Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-81/09) 1

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Allowance ta' invalidità - Żball fil-kalkolu - Ħlas tal-arretrati - Interessi moratorji dovuti - Rata applikabbli - Kapitalizzazzjoni annwali - Dannu materjali u morali)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li parzjalment ċaħdet it-talba tar-rikorrent intiża li jikseb interessi moratorji fir-rigward tal-għoti tal-allowance ta' invalidità mogħtija lilu.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, kwart mill-ispejjeż ta' L. Marcuccio.

L. Marcuccio għandu jbati tliet kwarti mill-ispejjeż tiegħu.

____________

1 - ĠU C 312, 19.12.09, p. 44