Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Novembru 2013 – Hanschmann vs Europol

(Kawża F-104/12) 1

(Servizz pubbliku – Persunal tal-Europol – Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt – Rifjut li jingħata kuntratt għal żmien indeterminat – Annullament mit-Tribunal – Eżekuzzjoni tas-sentenza tat-Tribunal)

Lingwa tal-kawża:l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Ingo Hanschmann (Leipzig, il-Ġermanja) (rappreżentanti: W. J. Dammingh u N. D. Dane, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (rappreżentanti: D. Neumann u D. El Khoury, aġenti, B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Europol, li ttieħdet bħala eżekuzzjoni tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-29 ta’ Ġunju 2010 fil-kawża Hanschmann vs Europol, F-27/09, li permezz tagħha l-Europol tat lir-rikorrent somma f’daqqa intiża sabiex tikkumpensa d-dannu kkawżat lilu minħabba d-deċiżjoni li din is-sentenza annullat.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tat-28 ta’ Novembru 2011 li permezz tagħha l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija alloka lil I. Hanschmann is-somma ta’ EUR 13 000 sabiex tiġi eżegwita s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-29 ta’ Ġunju 2010, Hanschmann vs Europol (F-27/09), hija annullata.

L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti minn I. Hanschmann.

____________

1 ĠU C 26, 26.01.2013, p. 70.