Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2012 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-10/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: S. A. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-għoti ta’ allowances ta’ kuljum lir-rikorrenti.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Mejju 2011 u d-deċiżjoni espliċita ta’ ċaħda tal-ilment tagħha tal-24 ta’ Ottubru 2011 u jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-allowance ta’ kuljum;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.