Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa - CAAD) (il-Portugall) fil-15 ta’ Ottubru 2019 – Ramada Storax SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-756/19)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa - CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ramada Storax SA.

Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira

Domanda preliminari

L-interpretazzjoni korretta tal-Artikoli 90 u 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE 1 […], u tal-prinċipji ta’ newtralità tal-VAT u ta’ proporzjonalità kif ukoll tal-libertajiet ekonomiċi fundamentali, tippermetti li l-leġiżlatur Portugiż fl-Artikolu 78(7)(b) tal-Código do Imposto sobre o Valor Acrescentado (CIVA) (il-Kodiċi tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud, il-Portugall), approvat permezz tad-Decreto-Lei n.° 394-B/84 (Digriet Liġi Nru 394/-B/84) tas-26 ta’ Diċembru 1984, jillimita r-regolarizzazzjoni tat-taxxa fuq lil-valur miżjud (VAT) fir-rigward ta’ dejn fi proċeduri ta’ insolvenza meqjus li ma jistax jiġi rkuprat, għall-każijiet previsti fiha (jiġifieri, meta tiġi ddikjarata insolvenza ta’ natura limitata, wara li s-sentenza ta’ verifika u klassifikazzjoni tad-dejn prevista fil-Código da Insolvência e da Recuperação de Empresas (CIRE) (il-Kodiċi dwar l-Insolvenza u l-Irkupru ta’ Impriżi, il-Portugall), approvat permezz tad-Decreto-Lei n.°53/2004 (Digriet Liġi Nru 53/2004) tat-18 ta’ Marzu 2004 tkun ġiet iddikjarata res judicata, jew, meta tkun teżisti l-approvazzjoni tal-pjan li huwa suġġett għal diskussjoni prevista fl-Artikolu 156 tal-istess kodiċi), bil-konsegwenza li għal din ir-raġuni ma jiġux aċċettati deċiżjonijiet ta’ qrati ta’ Stati Membri oħra li jiċċertifikaw bħala dejn li ma jistax jiġi rkuprat dejn mitlub fi proċeduri ta’ insolvenza?

____________

1     Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2007, L 335, p. 60 u fil-ĠU 2018 L 329, p. 53).