Language of document :

Rikors ippreżentat fl-10 ta' Mejju 2007 - Prieto vs Il-Parlament

(Kawża F-42/07)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Antonio Prieto (Bousval, Il-Belġju) (rappreżentant: E. Boigelot, avocat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet tar-rikorrent

Tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ġunju 2006 li taħtar lir-rikorrenti uffiċjal taħt prova kklassifikat fil-grad AST 2, skala 3;

tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti, li għadda mill-kompetizzjoni interna C/348 għall-kategorija C5-4, kien aġent temporanju tal-Kummissjoni fil-grad AST 3 (li qabel kien il-grad C4) meta nħatar uffiċjal taħt prova u ġie kklassifikat fil-grad AST2.

In sostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent isostni qabel xejn li d-deċiżjoni li jinħatar uffiċjal fi grad inferjuri għal dak li kien fih meta kien aġent temporanju jmur kontra l-Artikolu 5(4) ta' l-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal ta' l-Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej (iktar 'il quddiem ir-"Regolamenti tal-Persunal").

Barra minn hekk, ir-rikorrent jinvoka l-ksur tal-prinċipju tat-trattament ugwali u ta' non-diskriminazzjoni, peress li huma biss dawk li għaddew mill-kompetizzjoni in kwistjoni li qabel, bħala uffiċjali temporanji, kienu fil-kategorija D li setgħu jżommu l-grad iktar vantaġġjuż li kellhom qabel, meta nħatru bħala uffiċjali.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser ukoll il-prinċipji taċ-ċertezza legali, tal-protezzjoni ta' l-aspettattivi leġittimi u ta' amministrazzjoni u ġestjoni tajba.

____________