Language of document : ECLI:EU:C:2019:614


 


 



Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal11 ta’ Lulju 2019 – Agrotiki Trapeza tis Ellados

(Kawża C262/19) (1)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikoli 53(2) u 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Għajnuna mill-Istat – Kostituzzjoni tal-ipoteki li jiggarantixxu s-self bankarju mogħti lill-agrikolturi – Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi limitu fir-rigward tas-somma li għaliha l-ipoteki huma kkostitwiti – Espożizzjoni insuffiċjenti tar-raġunijiet li wasslu lill-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni – Inammissibbiltà manifesta”

1.      Domandi preliminari – Ammissibbiltà – Talba li ma tipprovdi ebda informazzjoni fuq il-kuntest fattwali u leġiżlattiv u li ma tesponix ir-raġunijiet li jiġġustifikaw ir-rinviju lill-Qorti tal-Ġustizzja – Inammissibbiltà manifesta

(Artikolu 267 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 23; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 53(2) u 94)

(ara l-punti 1217, 22 u d-dispożittiv)

2.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Interpretazzjoni – Ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali – Limiti

(Artikoli 107(1) u 267 TFUE)

(ara l-punti 1821)

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Polymeles Protodikeio Athinon (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Ateni, il-Greċja), permezz ta’ deċiżjoni tat‑8 ta’ Frar 2019, hija manifestament inammissibbli.


1 ĠU C 187, 3.6.2019.