Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-22 ta’ Lulju 2019 – Société ECO TLC vs Ministre de la transition écologique et solidaire

(Kawża C-556/19)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Société ECO TLC

Konvenut: Ministre de la transition écologique et solidaire

Parti oħra: Fédération des entreprises du recyclage

Domanda preliminari

    L-Artikolu 107 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li sistema bħal dak deskritta fil-punti 9 sa 11, li biha korp ekoloġiku privat mingħajr għan ta’ qligħ, li għandu awtorizzazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet pubbliċi, jiġbor, mingħand negozjanti ta’ kategorija partikolari ta’ prodotti li ffirmaw miegħu ftehim f’dan ir-rigward, kontribuzzjonijiet finanzjarji bħala korrispettiv għas-servizz li jipprovdi f’isimhom għat-trattament tal-iskart li jirriżulta minn dawn il-prodotti u jagħti sussidji lill-operaturi responsabbli għall-klassifikazzjoni u l-irkupru ta’ dak l-iskart f’ammont stabbilit fl-awtorizzazzjoni fid-dawl tal-għanijiet ambjentali u soċjali, għandu jitqies bħala għajnuna mill-Istat fis-sens ta’ dawn id-disposizzjonijiet?

____________