Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Lulju 2019 – F-AG vs Finanzamt Y

(Kawża C-528/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: F-AG

Konvenut: Finanzamt Y

Domandi preliminari

F’ċirkustanzi bħal dawk tal-proċedura fil-kawża prinċipali li fiha persuna taxxabbli, fuq istruzzjonijiet ta’ belt twettaq proġett ta’ bini fuq triq muniċipali, din il-persuna taxxabbli, li kienet kisbet servizzi minn persuni taxxabbli oħra relatati mal-bini ta’ triq li ġiet ittrasferita lill-komun, ikollha dritt għal tnaqqis previst fl-Artikolu 17(2)(a) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Marzu 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ 1 ?

Jekk l-ewwel domanda tiġi risposta fl-affermattiv: f’ċirkustanzi bħal dawk tal-proċedura fil-kawża prinċipali li fiha persuna taxxabbli, fuq istruzzjonijiet ta’ belt twettaq proġett ta’ bini fuq triq muniċipali, ikun hemm kunsinna ta’ beni bi ħlas fis-sens li awtorizzazzjoni ta’ operat ta’ barriera tal-ġebel hija l-korrispettiv għall-kunsinna ta’ triq?

Jekk it-tieni domanda tiġi risposta fin-negattiv: f’ċirkustanzi bħal dawk tal-proċedura fil-kawża prinċipali li fiha persuna taxxabbli, fuq istruzzjonijiet ta’ belt twettaq proġett ta’ bini fuq triq muniċipali, it-trasferiment mingħajr ħlas lill-komun tat-triq miftuħa għall-pubbliku huwa assimilat ma’ kunsinna ta’ beni mingħajr ħlas sont l-Artikolu 5(6) tad-Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, minkejja li t-trasferiment isir għal skopijiet tal-impriża, sabiex jiġi evitat konsum finali mhux intaxxat mill-komun?

____________

1 Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1997 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).