Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta' Mejju 2010 - Lorenzo vs CESE

(Kawża F-29/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Guillermo Lorenzo (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)

Konvenut: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni li ma tinkludix lir-rikorrent fost l-uffiċjali promossi għall-grad AD 3 fil-proċedura ta' promozzjoni 2009.

Talbiet tar-rikorrent

Tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-KESE, adottata u ppublikata fit-30 ta' Ġunju 2009, li ma tinkludix l-isem tar-rikorrent fil-lista tal-uffiċjali promossi għall-grad AD 13 fil-proċedura ta' promozzjoni 2009;

jekk ikun meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-KESE tal-5 ta' Frar 2010 li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrent taħt l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

____________