Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ottubru 2012 – ZZ vs Europol

(Kawża F-120/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: J.-J. Ghosez, avukat)

Konvenut: Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Europol li ma jiġġeddidx il-kuntratt tar-rikorrent għal żmien determinat u l-kundanna tal-Europol għall-ħlas tad-differenza bejn ir-remunerazzjoni li għaliha r-rikorrent seta’ jkun intitolat li jirċievi li kieku baqa’ jaħdem mal-Europol u kull allowance oħra li huwa effettivament irċieva mill-1 ta’ Marzu 2012.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni meħuda mill-konvenut fit-28 ta’ Novembru 2011 li permezz tagħha l-konvenut informa lir-rikorrent li huwa ma huwiex ser iġġedded il-kuntratt tiegħu għal żmien determinat li jiskadi fid-29 ta’ Frar 2012;

jikkundanna lill-konvenut iħallas lir-rikorrent id-differenza bejn, minn naħa, l-ammont tar-remunerazzjoni li seta’ jkun intitolat għalih li kieku baqa’ jaħdem fi ħdanu u, min-naħa l-oħra, l-ammont tar-remunerazzjoni, ta’ onorarji, ta’ allowances tal-qgħad jew ta’ kwalunkwe allowance oħra sostituttiva li huwa effettivament irċieva mill-1 ta’ Marzu 2012 minflok ir-remunerazzjoni li huwa rċieva bħala aġent temporanju;

jikkundanna lill-Europol għall-ispejjeż.