Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-28 ta' Settembru 2011 - Pereira Sequeira vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-65/06) 1

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ħatra - Kompetizzjoni interna ppubblikata qabel l-1 ta' Mejju 2004 - Aġent temporanju mniżżel fil-lista ta' kandidati xierqa qabel l-1 ta' Mejju 2006 - Klassifikazzjoni fil-grad - Artikolu 5(4) u Artikolu 12(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Allowance segretarjali - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Rosa Maria Pereira Sequeira (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment T. Bontinck u J. Feld, avukati, sussegwentement T. Bontinck u S. Woog, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u H. Krämer, aġenti)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, innotifikata lir-rikorrenti fid-19 ta' Settembru 2005, li permezz tagħha din tal-aħħar, aġent temporanju u kandidata li għaddiet mill-kompetizzjoni interna COM/PC/04, kienet ġiet maħtura uffiċjal fil-grad C*1, skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 165, 15/07/06, p. 36.