Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administratīvā apgabaltiesa (il-Latvja) fil-5 ta’ Frar 2020 – VAS “Latvijas dzelzceļš” vs Valsts dzelzceļa administrācija

(Kawża C-60/20)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Administratīvā apgabaltiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: VAS “Latvijas dzelzceļš”

Konvenuta: Valsts dzelzceļa administrācija

Domandi preliminari

L-Artikolu 13(2) u (6) tad-Direttiva 2012/34 1 (l-Artikolu 15(5) u (6) tar-Regolament 2017/2177 2 ) jista’ jiġi applikat b’tali mod li l-korp regolatorju jkun jista’ jimponi fuq il-proprjetarju ta’ infrastruttura li ma huwiex l-operatur tal-faċilità ta’ servizz l-obbligu li jiggarantixxi l-aċċess għas-servizzi?

L-Artikolu 13(6) tad-Direttiva 2012/34 (l-Artikolu 15(5) u (6) tar-Regolament 2017/2177) għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lill-proprjetarju ta’ bini jtemm kuntratt ta’ kiri u li jikkonverti f’xi ħaġa oħra faċilità ta’ servizz?

L-Artikolu 13(6) tad-Direttiva 2012/34 (L-Artikolu 15(5) u (6) tar-Regolament 2017/2177) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-uniku obbligu li għandu l-korp regolatorju huwa li jivverifika jekk l-operatur tal-faċilità ta’ servizz (f’dan il-każ il-proprjetarju tal-faċilità ta’ servizz) effettivament iddeċidiex li jikkonvertiha f’xi ħaġa oħra?

____________

1 Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (ĠU 2012, L 343, p. 32).

2 Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2177 tat-22 ta’ Novembru 2017 dwar l-aċċess għall-faċilitajiet ta’ servizz u għas-servizzi relatati mal-ferroviji (ĠU 2017, L 307, p. 1).