Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-5 ta’ Mejju 2020 – DocMorris NV vs Apothekerkammer Nordrhein

(Kawża C-190/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: DocMorris NV

Konvenuta: Apothekerkammer Nordrhein

Domanda preliminari

Huwa konformi mad-dispożizzjonijiet tat-Titolu VIII, u b’mod partikolari mal-Artikolu 87(3) tad-Direttiva 2001/83 1 , li dispożizzjoni nazzjonali tiġi interpretata (f’’dan il-każ l-ewwel sentenza tal-Artikolu 7(1) tal-Gesetzes über die Werbung auf dem Gebiete des Heilwesens (il-Liġi dwar ir-Reklamar għall-Prodotti Terapewtiċi)) fis-sens li huwa pprojbit għal spiżerija li tbigħ bil-korrispondenza stabbilita fi Stat Membru ieħor li tiġbed lejha klijenti billi toffri premju fil-kuntest ta’ lotterija promozzjonali peress li l-parteċipazzjoni fil-lotterija promozzjonali hija marbuta mal-preżentazzjoni ta’ riċetta għal prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem suġġetta għal preskrizzjoni medika, li l-premju mwiegħed ma huwiex prodott mediċinali, iżda oġġett ieħor (f’dan il-każ rota tal-elettriku li tiswa EUR 2 500 u xkupilji tas-snien tal-elettriku), u li ma hemmx riskju li jiġi inkoraġġit użu irrazzjonali jew eċċessiv tal-prodotti mediċinali?

____________

1     Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69).