Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Obersten Gerichtshof (l-Awstrija) fil-11 ta’ Lulju 2019 – NM, bħala amministratur tal-insolvenza fil-proċedura ta’ insolvenza ta’ NIKI Luftfahrt GmbH vs ON

(Kawża C-530/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: NM, bħala amministratur tal-insolvenza fil-proċedura ta’ insolvenza ta’ NIKI Luftfahrt GmbH

Konvenut: ON

Domandi preliminari

Trasportatur tal-ajru li, bis-saħħa tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 1 (ir-Regolament dwar id-drittijiet tal-passiġġieri), jipprovdi assistenza fis-sens tal-Artikolu 9(1)(b) ta’ dan ir-regolament, għandu jinżamm responsabbli, fuq il-bażi ta’ dan ir-regolament, għad-danni li jirriżultaw minn korriment tal-passiġġier minħabba l-aġir negliġenti tal-impjegati tal-lukanda pprovduta mit-trasportatur tal-ajru?

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda:

L-obbligu tat-trasportatur tal-ajru taħt l-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 huwa limitat għall-provvista ta’ lukanda lill-passiġġier u għat-teħid ta’ responsabbiltà għall-ispejjeż tal-akkomodazzjoni, jew inkella t-trasportatur tal-ajru huwa responsabbli għall-akkomodazzjoni bħala tali?

____________

1     Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).