Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ Settembru 2015 – De Loecker vs SEAE

(Kawża F-28/14) 1

(Servizz pubbliku – Persunal tal-SEAE – Membru tal-persunal temporanju – Kap ta’ delegazzjoni f’pajjiż terz – Ksur tar-rabta ta’ fiduċja – Trasferiment lejn is-sede tal-SEAE – Rexissjoni bikrija ta’ kuntratt ta’ reklutaġġ – Preavviż – Motivazzjoni tad-deċiżjoni – Artikolu 26 tar-Regolamenti tal-Persunal – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal smigħ)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Stéphane De Loecker (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment J.-N. Louis u D. de Abreu Caldas, avukati, sussegwentement J.-N. Louis u N. de Montigny, avukati)

Konvenuta: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Marquardt u M. Silva, aġenti)Suġġett tal-kawżaTalba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea li jirrexxindu l-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju tar-rikorrent, li jirrifjutaw li jisimgħuh għal fatti ta’ fastidju psikoloġiku, li jiċħdu t-talba tiegħu li jiġi maħtur investigatur estern u li l-ilment tiegħu jiġi rreġistrat bħala talba.Dispożittiv tas-sentenza Ir-rikors huwa miċħud.S. De Loecker għandu jbatu l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat jbati l-ispejjeż kollha tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

____________

1 ĠU C 184, 16.6.2014, p. 44.