Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-27 ta' Settembru 2011 - Lübking et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-105/06) 1

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta' promozzjoni 2005 - Struttura ġdida tal-karrieri - Karriera itwal minħabba l-introduzzjoni ta' gradi ġodda li ma għandhomx ekwivalenti fir-Regolamenti tal-Persunal l-antiki - Applikazzjoni tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal, tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal u tad-DĠI li japplikaw mill-2005 - Prinċipju ta' trattament ugwali - Effett retroattiv tad-deċiżjonijiet ta' promozzjoni għal data qabel l-1 ta' Mejju 2004 - Miżuri tranżitorji - Rikors li għandu manifestament jiġi miċħud)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Johannes Lübking et (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: B. Cortese u C. Cortese, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Berscheid, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Simm u B. Driessen, sussegewentement M. Bauer, J Monteiro u K. Zieleśkiewicz, aġenti)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni ppubblikata fl-Informazzjoni Amministrattiva Nru 85 2005, tat-23 ta' Novembru 2005, sa fejn din tipprovdi għall-promozzjoni tar-rikorrenti fil-grad A*9 u mhux fil-grad A*10, abbażi tal-proċedura ta' promozzjoni 2005.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-rikorrenti u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jbatu l-ispejjeż tagħha rispettivament.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, intervenjent, għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________

1 - ĠU C 281, 18/11/06, p. 45.