Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Midden-Nederland (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-5 ta’ Ottubru 2015 – Stichting Brein vs Jack Frederik Wullems, li jaġixxi taħt l-isem ta’ Filmspeler

(Kawża C-527/15)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Midden-Nederland

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Stichting Brein

Konvenuta: Jack Frederik Wullems, li jaġixxi taħt l-isem ta’ Filmspeler

Domandi preliminari

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva dwar id-drittijiet tal-awtur (Direttiva 2001/29/KE) 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li jkun hemm “komunikazzjoni lill-pubbliku” skont it-tifsira ta’ din id-dispożizzjoni, meta persuna tbiegħ prodott (mediaplayer) li fih jkun ġew installati add-ons li jinkludu hyperlinks għall-siti tal-internet li permezz tagħhom jingħata access dirett għal xogħolijiet koperti mid-dritt tal-awtur, bħal films, serji u xandiriet diretti, mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet tal-awtur?

Għandu xi effett

- il-fatt li x-xogħolijiet koperti mid-drittijiet tal-awtur ikkunsidrati flimkien ma kinux ġew preċedentement ippubblikati fuq l-internet jew ġew hekk ippubblikati biss permezz ta’ abbonamenti bl-awtorizzazzjoni tad-detentur tad-drittijiet tal-awtur?

- il-fatt li l-add-ons li jinkludu hyperlinks għall-siti tal-internet li permezz tagħhom jingħata access dirett għal xogħolijiet koperti mid-dritt tal-awtur huma disponibbli mingħajr ħlas u jistgħu wkoll jiġu installati fil-mediaplayer mill-utenti stess?

- il-fatt li s-siti tal-internet u b’hekk ukoll ix-xogħolijiet koperti mid-drittijiet tal-awtur li għalihom jingħata aċċess permezz tagħhom — mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet tal-awtur — huma aċċessibbli pubblikament mingħajr il-mediaplayer?L-Artikolu 5 tad-Direttiva dwar id-drittijiet tal-awtur (Direttiva 2001/29/KE) għandu jiġi interpretat bħala li jfisser li ma jkunx hemm “użu legali” fis-sens tal-Artikolu 5(1)(b) ta’ dik id-direttiva jekk issir riproduzzjoni temporanja mill-utenti finali matul l-istreaming ta’ xogħol kopert mid-drittijiet tal-awtur minn sit tal-internet terz li fih dak ix-xogħol kopert mid-drittijiet tal-awtur huwa offrut mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-detentur/i tad-drittijiet tal-awtur?F’każ li tingħata risposta negattiva għall-ewwel domanda, ir-riproduzzjoni temporanja nnifisha mill-utent finali matul l-istreaming ta’ xogħol kopert mid-drittijiet tal-awtur minn sit tal-internet li fih dan ix-xogħol kopert mid-drittijiet tal-awtur huwa offrut mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-deten

tur/i tad-drittijiet tal-awtur, hija b’hekk kuntrarja għat-‘test fi tlett stadji’ li hemm riferiment għalih fl-Artikolu 5(5) tad-Direttiva dwar id-drittijiet tal-awtur (Direttiva 2001/29/KE)?

____________

1     Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230)