Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ġunju 2012 – ZZ vs EMA

(Kawża F-47/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u S. Orlandi, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini li ma tirrikonoxxix l-invalidità permanenti tar-rikorrent u li ma tagħtihx allowance tal-invalidità.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, tal-15 ta’ Settembru 2011, li ma tagħtix allowance tal-invalidità lir-rikorrent minħabba l-invalidità permanenti kkunsidrata bħala totali li tpoġġih fl-impossibbiltà li jeżerċita funzjonijiet li jikkorrispondu għal impjieg fil-grupp tal-funzjonijiet u fil-grad tiegħu;

sa fejn ikun hemm bżonn, tannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment tiegħu tas-16 ta’ Jannar 2012;

tikkundanna lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għall-ispejjeż.